Tkunux kompliċi tal-PLPN fil-laqgħiżmu tagħhom tal-FKNKMill-istejjer u r-rappurtaġġ tal-kampanja elettorali fil-ġurnali huwa ċar li l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huma għal darboħra magħqudin kontra l-interessi vera tal-poplu Malti, tal-bijodiversità tagħna, u tal-kampanja u tal-bdiewa tagħna biex jingħoġbu ma dawk li l-aktar li jagħmlu storbju. Dawn il-partiti ma jafux xi tkun il-mistħija u għal darboħra se jħammrulna wiċċna mal-Unjoni Ewropea kollha, dana kollu biex jilgħaqu kemm jifilhu l-lobby arroganti tal-kaċċaturi u n-nassaba, li jaħsbu lid-dinja ddur magħhom. Lobby li tippretendi li tagħmel li trid, tgħaffeġ u tispara fejn trid, meta trid u fejn trid.

Lobby li lanqas kapaċi tieħu ħsieb il-masġar tal-Miżieb b’mod professjonali u xjentifiku. Dan qalu s-Segretarju Ġenerali u kandidat fuq distretti 7 u 11 ta’ ADPD – The Green Party, Dr Ralph Cassar.Iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party u kandidat fuq distretti 4 u 9, Carmel Cacopardo żied jgħid illi l-Partit Nazzjonalista għandu storja twila ta’ qerda ambjentali, kemm fil-qasam tal-użu tal-art, tal-ippjanar u anke fejn tidħol il-prattika insostenibbli tal-kaċċa u l-insib. Il-Partit Laburista, ukoll bi storja twila ta’ ħniżrijiet ambjentali, jirregalana b’billboards dwar l-ambjent, meta lanqas huma stess ma jafu d-definizzjoni vera u eżatta tal-kelma. It-tnejn fis-sodda mal-ispekulaturi u l-barunijiet tal-bini, it-tnejn fis-sodda mal-FKNK.Qal li l-biċċa l-kbira tal-Maltin iridu Malta u Ghawdex verament Ewropej, u mhux Malta u Għawdex tal-imgħoddi. In-nies għandhom għażla, jew ikunu kompliċi fil-laqgħiżmu u l-qerda tal-PLPN jew inkella jivvotaw ADPD – The Green Party. Il-qrid u t-tnewwieh wara l-elezzjoni tard wisq.ADPD tibqa’ b’mod ċar kontra kull kaċċa fir-rebbiegħa u tagħti appoġġ sħiħ lis-sejħa ta’ Birdlife għal referendum dwar dan.

Do you see content on this website that you believe doesn’t belong here?
Check out our disclaimer.