Politika dwar id-droga b’wiċċ umanIllumġi dwar il-kannabis.

Konna aħna minn tal-ewwel li pproponejna approċċ li jirrispetta lill-persuni fil-politika dwar id-droga. Approċċ li jagħraf li ‘l hekk imsejħa ‘gwerra kontra d-droga’ falliet totalment. Il-programm elettorali taghna tal-2017 jgħid ċar u tond: “Wasal iż-żmien li l-użu tal-kannabis tkun aċċettata mil-liġi. Għandu jkun possibbli li l-kannabis tinxtara, taħt kontrolli adegwati, minn ħwienet liċenzjati apposta għal dan l-iskop kif ukoll li din tkun soġġett għall-istess tassazzjoni bħas-sigaretti u t-tabakk. Ir-restrizzjonijiet li japplikaw għar-riklamar tat-tabakk għandhom japplikaw ukoll għal kannabis. Għandu jkun possibbli ukoll li persuna tkabbar il-pjanta għall-użu personali tagħha. Il-kannabis tagħmel inqas ħsara mit-tabakk u mill-alkoħol li t-tnejn huma legali. Ma jagħmilx sens li nibqgħu naħlu r-riżorsi tal-pajjiż niġru wara min juża l-kannabis li għandha effetti komparabbli għall-użu tat-tabakk u l-alkoħol. Hu iktar utli li r-riżorsi tal-pulizija jintużaw biex jinqabdu t-traffikanti ta’ drogi qawwija u perikolużi.”Bħala ADPD – The Green Party nappoġġjaw per prinċipju l-liġi l-ġdida dwar l-kannabis, ghalkemm b’diskussjoni teknika u mifruxa setgħu jinstabu metodi effettivi li jipproteġu lill-persuni vulnerabbli u lit-tfal, li s’issa għadhom pjuttost  nieqsa.  Ninnotaw ukoll li l-liġi tixbaħ ħafna lil dik li dwarha saret id-diskussjoni fil-Parlament tal-Lussemburgu. Huwa tajjeb li l-politika dwar id-droga fl-aħħar issir aktar umana u li tirrispetta lin-nies bħala adulti, filwaqt li tipprotegi bis-serjetà lill-vulnerabbliLi rridu naraw issa huwa kif se titħaddem il-liġi permezz tal-Avviżi Legali li joħroġu minn żmien għal żmien.Ħaġa li hija ċara mit-teatrini kollha li issa drajna naraw hija d-differenza bejn il-Lussemburgu u Malta. Id-differenza iżda hija li s-sistema politika u parlamentari tal-Lussemburgu hija demokratika , hija pluralista u proporzjonali: f’kelma waħda hija sistema li tirrifletti soċjetà moderna li tirrispetta l-intelliġenza tan-nies. Għaldaqstant l-proċess fil-Lussemburgu huwa dak ta’ diskussjoni profonda, li primarjament tanalizza rapporti tekniċi, tispjega u tagħti l-informazzjoni, bil-kontra ta’ Malta, fejn is-sistemma mnawra, tribali, tfisser li kull gvern jista’ jagħmel li jrid, meta jrid u kif irid, u fejn il-Parlament huwa biss ornament, fi ftit kliem timbru għal deċiżjoni li tittieħed barra mill-Parlament. Id-diskussjoni f’Malta mhix faċilitata wkoll mill-fatt li wħud minn dawk li mexxew d-diskussjoni, inkluża l-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar, huma politiċi magħrufin għall-imġieba xejn etika. Politiċi li jmexxu politika klijentelista, u li huma fis-sodda ma’ min jiġbdilhom l-ispag: in-negozjanti li jirnexxu għax huma fl-istess sodda mal-politiċi PLPN, skont kif jaqbillhom.”Is-sistema mnawwra Maltija tfisser li l-Partit Nazzjonalista jgħaddiha lixxa anke jekk huwa inkapaċi jressaq emendi fil-parlament, minkejja li jmexxi wieħed mit-tribujiet Maltin. Min-naħa l-oħra  kritika minn xi kwartieri huwa ovvju li ġejja minħabba r-rivalità politika u l-lealtà lejn l-istatus quo li jirrapreżentaw xi gruppi u korpi. Huwa inkredibbli kif la dawk li ħatru lilhom infushom ‘esperti’, u lanqas membri parlamentari tal-PLPN stess, m’huma kapaċi jitkellmu fuq approċċ differenti lejn id-drogi, u jagħmlu referenza per eżempju għal awtorità dwar is-suġġett bħall-Kummissjoni Globali dwar il-Politika dwar id-Droga.Din hija r-realtà li ġabuna fiha l-qaddejja tas-sistema PLPN – realtà fejn min huwa ġenwin u onest jispiċċa ma jistax jiddiskuti u jikkontribwixxi għad-djalogu mingħajr ma jinqabad fit-teatrini, l-intriċċi u l-ħmieġ tas-sistema PLPN.Dr. Ralph Cassar

Do you see content on this website that you believe doesn’t belong here?
Check out our disclaimer.