Fir-rapport tal-Ġnus Magħquda dwar il-klima qed jingħad li l-klima qed tinbidel b’mod allarmanti u perikoluż.

X’inhuma l-provi? Il-komunità xjentifika għandha evidenza ċara ħafna li qed tinbidel il-klima. L-evidenza ilha tinġabar għal snin twal. Hija sfortuna li kemm f’Malta, fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja ħafna injoraw it-twissijiet tax-xjenzati. Meta ikkumparati mal-medja ta’ temperaturi bejn l-1850 u l-1900, id-dinja, saħnet b’temperatura medja ta’ 1.09°C. Dan forsi jidher ftit, imma din hija biss temperatura medja. F’ċerti postijiet bħall-Artiku, kif ukoll fil-Mediterran it-temperatura żdiedet b’aktar. L-istudju MAR1 juri li t-temperatura medja fil-Mediterran diġà qabżet il-1.5°C.It-tibdil li qed naraw huwa bla preċedent, u ma jistax jiġi spjegat minn fatturi naturali. L-evidenza kollha tipponta lejn l-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem, li minħabba tniġġis tal-arja bid-dijossidju tal-karbonju u gassijiet oħra bħall-metan, qed joħloq problemi enormi. Dan it-tniġġis qed ikollu impatti kbar ħafna fuq il-klima tad-dinja u se jwassal għal ħafna aktar bidiliet. Diġà huwa ċar li dawn il-bidliet qed jaffetwaw lil miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja, inkluż f’Malta.Aktar informazzjoni:

Do you see content on this website that you believe doesn’t belong here?
Check out our disclaimer.