Dħul Bażiku Universali – biex il-ġid li jinħoloq jinqasam bejn kulħadd b’mod ġustL-affarijiet essenzjali għal ħajja diċenti mhux aċċessibbli għal kulħadd – dar diċenti, ikel sustanzjuż, affarijiet bżonnjuzi bħall-elettriku, l-internet, u servizzi oħra.Fl-istess ħin iżda kumpaniji multinazzjonali u kumpaniji fantażma jingħataw inċentivi u tnaqqis fit-taxxi.

Ħaddiema, kumpaniji żgħar u self-employed iħallsu 25%, 30% u 35% tad-dħul f’taxxa, mentri kumpaniji multimiljunarji iħallsu l-miżerja ta’ 5% taxxa effettiva. Is-sistema ta’ servizzi socjali ma tkoprix il-bżonnijiet ta’ ħafna nies – dawk fuq pagi medji u bi dħul modest, per eżempju.Wasal iż-żmien biex il-ġid jinqasam bejn kulħadd b’mod aktar ġust. Għalhekk irridu sistema ta’ Dħul Bażiku Universali.Id-Dħul Bażiku Universali huwa pagament regolari li jsir lil kull min jilħaq l-età tax-xogħol jew studju post-obbligatorju, biex jiżgura standard minimu ta’ benesseri. Flimkien mad-Dħul Bażiku Universali għandu jidħol ukoll Indiċi tal-Benesseri, wara konsultazzjoni wiegħsa.Id-Dħul Bażiku Universali jiddependi wkoll fuq taxxi progressivi (iġifieri li verament min jiflaħ l-aktar jikkontribwixxi l-aktar), fuq kumpaniji multinazzjonali li sa issa jiżgiċċaw it-taxxi jerfgħu l-obbligi soċjali tagħhom bħal ma’ jagħmel ħaddieħor, u fuq reviżjoni u simplifikazzjoni tas-sistema ta’ servizzi soċjali. Id-Dħul Bażiku Universali huwa s-sehem tagħna bħala parteċipanti fil-ħajja soċjali u ekonomika tal-pajjiż.Dħul Bażiku Universali jfisser li tista’ tieħu aktar riskji u tipprova xogħolijiet u karrieri differenti b’anqas inkwiet. Tfisser li ssibha aktar faċli tieħu ħsieb lit-tfal, jew persuni vulnerabbli fil-familja tiegħek. Tfisser li mad-dħul tieghek mix-xogħol għandek dhul li jħallik tqassam ħinek aħjar għax taħdem kemm għandek bżonn f’dak il-perjodu partikolari ta’ ħajtek. Tfisser li tista’ titħajjar tiftaħ in-negozju tiegħek għax hemm id-Dħul Bażiku Universali li jwieżnek sakemm iddawwar ir-rota. Jekk int artist, freelancer jew taħdem fil-qasam kreattiv, id-Dħul Bażiku Universali qiegħed hemm biex jgħin f’perjodi fejn ix-xogħol jonqos. Iwieżnek jekk tiddeċiedi li ma sħabek twaqaf koperattiva, jew tieqaf għal perjodu mix-xogħol fulltime biex tistudja jew tistrieħ mentalment u fiżikament. Tfisser li xogħol li ma jrendix ħajja dicenti jispicca – għax ħaddiem ma jkunx lest li jagħmel xogħol li ma jżidlux il-benesseri tieghu. F’kelma waħda xogħol essenzjali u ta’ strapazz ikollu jitħallas aħjar biex iħajjar ħaddiema jidħlu f’dak il-qasam partikolari.Fi ftit kliem id-Dħul Bażiku Universali jfisser li l-istruttura tal-ekonomija tinbidel biex tkun ta’ benefiċċju ghalina lkoll minflok ekonomija li taqdi l-interessi tal-multimiljunarji u l-multinazzjonali. Ta’ min wieħed jinnota li skont ir-rapport European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions (Eurofound) fl-2017, il-5% tal-popolazjoni f’Malta l-aktar sinjura kellha 40% tal-ġid kollu maħluq, minn 33% fl-2010. 50% tal-popolazzjoni kellhombiss 10% tal-ġid. Ir-rapport tal-Caritas dwar dħul għal għajxien diċenti tal-2021 jgħid li L-istudju tal-Caritas jasal għall-konklużjoni li familja konsistenti f’żewġ adulti u żewġt itfal teħtieġ  €13,947 fis-sena bħala minimu biex tgħix b’mod diċenti. Din hi ħtieġa ferm iktar mill-paga minima li fl-2021 hi ta’ €181.08 fil-ġimgħa, anke jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-bonus ta’ Ġunju kif ukoll dak ta’ Diċembru.Liema pajjiżi ppruvaw forom ta’ Dħul Bażiku Universali?Il-kunċett ta’ Dħul Bażiku Universali mhux xi wieħed ġdid. Fl-Istati Uniti saru xi esperimenti saħansitra lura fis-sittinijiet. Filfatt tant kellhom riżultati tajbin li 1,200 ekonomista talbbu lill-gvern Amerikan jimplimenta sistema ta’ Dħul Bażiku Universali mal-pajjiż kollu. Fl-1968 il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti introduċiet liġi biex iddaħħal id-Dħul Bażiku Universali. Il-liġi iżda ġiet imblukkata mis-Senat. Saru wkoll esperimenti fil-Kanada f’nofs is-sebgħinijiet. L-esperiment ‘Mincome’ fisser li filwaqt li s-sigħat li n-nies qattgħu fuq ix-xogħol naqas bejn 1% u 5%, aktar nies għażlu li jużaw il-ħin li ggwadanjaw f’edukazzjoni, taħriġ, f’kura tat-tfal u f’attivitajiet kreattivi u kulturali. Naqsu wkoll ir-rati ta’ vjolenza domestika, problemi bis-saħħa mentali, u anke n-numru ta’ pazjenti l-isptar.Fil-Finlanja bejn l-2017 u l-2019 sar esperiment żgħir u li fih ipparteċipaw nies qegħda biss. Safrattant ir-riżultati, għalkemm fuq kampjun partikolari ħafna, xorta wrew li l-persuni li rċivew dħul bażiku xorta ħadmu l-istess ammont ta’ ħin meta sabu x-xogħol. Ħassewhom ukoll aktar kuntenti. Pajjiżi oħra li qed jikkunsidraw proġetti ta’ Dħul Bażiku Universali huma l-Kenja, l-Olanda, l-Iran, l-Italja u Spanja.Inkwiet dwar id-Dħul Bażiku Universali huwa

Do you see content on this website that you believe doesn’t belong here?
Check out our disclaimer.