Klijenteliżmu sfrenat minn Edward Zammit LewisIllum iċ-Chairperson ta’ ADPD Carmel Cacopardo qal li l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika għandu jinvestiga l-klijenteliżmu sfrenat tal-Ministru Edward Zammit Lewis.Carmel Cacopardo qal:”Għadni kif ktibt lill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika u tlabtu jinvestiga Direct Order abbużiva tal-Ministru Edward Zammit Lewis.

Dan kollu qed isir f’kuntest ta’ klijenteliżmu sfrenat u abbuż għal vantaġġ elettorali.”Ilbieraħ The Shift News allegat l-għoti ta’ Direct Order ta €50,000 mill-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis lill-avukat Cheryl Azzopardi, liema avukat hija midħla sew tal-eks-Ministru Cardona. Edward Zammit Lewis jidher li qed jabbuża minn Direct Orders biex jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fid-distrett ta’ Birkirkara.

Do you see content on this website that you believe doesn’t belong here?
Check out our disclaimer.