Artist Rachelle Deguara approved as ADPD candidate for the European ParliamentADPD – The Green Party Executive Committee has approved a fourth candidate for the European Parliament elections which will be held on 8th June 2024.

Artist-activist Rachelle Deguara, also known as REA, will be contesting the elections alongside Ralph Cassar, Sandra Gauci and Mina Jack Tolu who were confirmed as candidates last year. The candidacy will be confirmed during the party’s general meeting later this month.Rachelle Deguara is known for her strong lyrics which tear apart gender norms and traditional expectations that burden women, and lament the destruction of Malta’s natural environment. In 2023 she curated XQXS – Xewka f’Qalbi, Xewka f’Sormi – an exhibition for the Women’s Rights Foundation to shine light on gender based violence, sexual harassment, and the personal experiences of women and queer people in Malta.Sandra Gauci, ADPD chairperson said “I am very happy to welcome Rachelle to our European Parliament candidates team. It is an honour to be running this campaign with such a strong and creative woman by my side. As candidates we are known for our engagement and representation of green and progressive politics on the local and European level, and Rachelle complements our team perfectly. I thank her for the commitment. With a gender balanced list of four candidates for these elections, we strengthen our voice as an ecologist and progressive party in Malta.”Photo © Jean Carl Vella***L-artista Rachelle Deguara approvata bħala kandidata tal-ADPD għall-Parlament EwropewIl-Kumitat Eżekuttiv ta’ ADPD – The Green Party approva r-raba’ kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru fit-8 ta’ Ġunju 2024. L-artista attivista Rachelle Deguara, magħrufa wkoll bħala REA, se tkun qed tikkontesta l-elezzjonijiet flimkien ma’ Ralph Cassar, Sandra Gauci u Mina Jack Tolu li ġew ikkonfermati bħala kandidati s-sena li għaddiet. Il-kandidatura se tkun ikkonfermata waqt il-laqgħa ġenerali tal-partit aktar tard dan ix-xahar.Rachelle Deguara hija magħrufa għal-lirika qawwija tagħha li tisfida n-normi tal-ġeneru u l-aspettattivi tradizzjonali li jxekklu lin-nisa u lirika li tilmenta l-qerda tal-ambjent naturali ta’ Malta. Fl-2023 hija kkurat XQXS – Xewka f’ Qalbi, Xewka f ’Sormi – wirja għall-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa biex tixħet dawl fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-fastidju sesswali, u l-esperjenzi personali tan-nisa u persuni queer f’Malta.Sandra Gauci, iċ-chairperson tal-ADPD qalet “kuntenta ħafna li nilqa’ lil Rachelle fit-tim tagħna tal-kandidati tal-Parlament Ewropew. Huwa ta’ unur għalija li qed immexxi din il-kampanja b’mara daqshekk b’saħħitha u kreattiva. Bħala kandidati aħna magħrufin għall-impenn u r-rappreżentazzjoni tagħna ta’ politika ekoloġika u progressiva fil-livell lokali u Ewropew, u Rachelle tikkumplimenta lit-tim tagħna perfettament. Nirringrazzjaha tal-impenn. B’lista bilanċjata bejn il-ġeneri ta’ erba’ kandidati għal dawn l-elezzjonijiet, insaħħu leħinna bħala partit ekoloġista u progressiv f’ Malta.”Ritratt © Jean Carl Vella

Do you see content on this website that you believe doesn’t belong here?
Check out our disclaimer.