Prison situation out of control: Camilleri and Dalli should be stripped of their positions with immediate effectIt is shameful that the situation in prison was allowed to spiral out of control.

Minister Byron Camilleri does not have what it takes to take important decisions in a timely manner. It is not enough that Prison Director Alexander Dalli ‘suspended himself’ after yet another prison death.We reiterate that even prison should be a place where human dignity is respected. It is unacceptable for prison management to be based on threats and on instilling fear. Instead of rehabilitation, prison is the cause of mental and emotional illness. No one should be subject to inhuman and degrading treatment, not even in prison. Prison should be a place which helps the rehabilitation of prisoners.Police and Military personnel should have no role in prison management. Prison management should be taken up by personnel adequately trained in rehabilitation of inmates. In a healthy democracy the military and police have no role in managing civil prisons.ADPD – The Green Party Chairperson Carmel Cacopardo said:”The Minister for the Interior has repeatedly propped up Colonel Dalli. The Minister, through lack of action is an accomplice in the developing prison crisis. He is politically responsible for the repeated deaths and attempted suicides. Both Camilleri and Dalli should be stripped of their positions with immediate effect.”***Camilleri u Dalli m’ghandħomx jibqgħu responsabbli għat-tmexxija tal-ħabsHuwa ta’ għajb li s-sitwazzjoni fil-ħabs tħalliet tiddeterjora. Il-Ministru Byron Camilleri mhux idoneju biex jieħu d-deċizjonijiet meħtiega biex il-krizi umanitarja fil-ħabs tissolva. Mhux biżżejjed li d-Direttur tal-habs Alexander Dalli ‘jissospnedi ruhu’.Nerġgħu nisħqu li anke l-ħabs għandu jkun post fejn id-dinjita` ta’ kull persuna tkun rispettata. Ma jistax ikollna ħabs immexxi bil-biża’ u t-theddid li flok jirrijabilità dawk li jidħlu fih jispiċċa jmarradhom mentalment u emozzjonalment. Trattament inuman u degradanti m’hu postu mkien, lanqas il-ħabs. Għax persuna tinsab il-ħabs ma jfissirx li l-istat għandu jkun vendikattiv, inuman u degradanti. Il-ħabs hu post għar-rijabilitazzjoni mhux għat-tpattija.Il-ħabs m’għandux jitmexxa la minn persuni militari u lanqas minn Pulizija imma min-nies imħarrġa b’mod speċjalizzat fil-kura rijabilitattiva, emfasizza Cacopardo. Il-militar u l-Pulizija m’għandhomx rwol fit-tmexxija tal-ħabs ta’ demokrazija b’saħħitha.Iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo qal:”Il-Ministru tal-Intern repetutament qabeż għall-Kurunell Dalli, id-Direttur tal-ħabs u ma għamel xejn biex irazznu. Il-Ministru stess huwa kompliċi għat-trattament inuman u degradanti li għaddej il-ħabs. Agħar minn hekk jdejh imċappsa bid-demm ta’ min spiċċa jħallas b’ħajtu għal dan kollu. Camilleri u Dalli m’ghandħomx jibqgħu responsabbli għat-tmexxija tal-ħabs b’mod immedjat.”

Do you see content on this website that you believe doesn’t belong here?
Check out our disclaimer.