Eżempju lampanti għaliex il-PLPN – il-vandali ta’ pajjiżna – mhux affidabbliIllum f’konferenza stampa fil-limiti ta’ Ħ’Attard il-kelliema ta’ ADPD – The Green Party spjegaw kif Triq Dun Mikiel Xerri u l-inħawi huma eżempju il-PLPN ivvandalizzaw lil Malta biex igawdu l-ispekulaturi tal-art.Dr Ralph Cassar, kandidat ta’ ADPD – The Green Party fuq distretti 7 u 11, qal li dan ġie approvat mill-gvern tal-PN fl-2006, u baqa’ fis-seħħ wara l-2013 bil-barka tal-gvern Laburista, li oriġinalment mill-Oppożizzjoni kien ħa pożizzjoni kontra.

Tal-ewwel ta’ rigal enormi ta’ art lill-ispekulaturi, u tat-tieni għafas il-gass mal-pjanċa u ħalla l-isfreġju jsir, avolja fl-2006, il-membri parlamentari Laburisti ivvotaw kontra dan il-vandaliżmu. Dan juri ċar u tond li l-PLPN huma partiti li jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra u li huma partiti, fil-bwiet tal-ispekulaturi tal-art. Diversi spekulaturi tal-art kienu ċari dwar kif joperaw: b’donazzjonijiet liż-żewġ naħat.“Mhux talli l-art ingħatat għal aktar bini li jkompli jeqred, f’dal-każ lil Ħ’Attard, imma talli l-Awtorità tal-Ippjanar, tapprova l-aktar żvilupp u bini intensiv possibbli. L-Awtorità tal-Ippjanar, għalkemm għandha s-saħħa li tesiġi żvilupp inqas intensiv, bi spazji pubbliċi urbani u faċilitajiet sura għan-nies – dejjem tagħti l-massimu possibbli lill-ispekulaturi ħbieb tal-PLPN. Dejjem il-massimu għall-ġid tal-ftit imma għas-skapitu tar-residenti. Hawnhekk l-Awtorita tal-Ippjanar ma tatx każ is-suġġerimenti tagħna, tar-residenti u ta’ oħrajn għal żvilupp ‘people-friendly’. Mela, mhux talli l-PLPN taw aktar u aktar art għall-bini, talli l-Awtorità tal-Ippjanar tkompli titfa’ l-melħ fuq il-ferita u tħalli żvilupp rampanti u selvaġġ fuq 15,581 metru kwadru ta’ dik li kienet art agrikola.”Iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party, u kandidat fuq distretti 4 u 9, Carmel Cacopardo qal li l-wegħdi tal-PLPN ma jitwemmnux, għax l-istorja turina li mhux vera interessahom mill-ambjent la dak naturali u lanqas dak urban tagħna. “Kif jgħidu ‘money talks’. Jekk tħarsu sew lejn il-wegħdi tal-PLPN, tindunaw li fuq paġna jgħidu ħaġa, u fuq oħra jgħidu eżatt bil-kontra. Il-proposti ekonomiċi u ħafna mill-inċentivi tal-PLPN huma immirati biex ikomplu jaġevolaw il-bini, l-ispekulazzjoni tal-art u biex tkompli l-qerda ta’ aktar u aktar art. Saħansitra it-tnejn li huma jridu jordmu l-baħar.”Hu importanti li nipprovdu spazji miftuħa aċċessibli għal kulħadd hu tajjeb. Dan irid isir bil-għaqal biex ikunu evitati l-iżbalji akkumulati tul is-snin. Għandna bżonn spazji pubbliċi nieqsa mit-tniġġis, b’aċċess ħieles għal arja nadifa. Dan jista’ jsir fil-kuntest ta’ pjan olistiku dwar id-dikarbonizazzjoni tat-trasport. Pjan li jekk isir bil-għaqal jista’ jwassal għal tnaqqis fin-numru ta’ karozzi mit-toroq tagħna u allura jkun jista’ jiffaċilita li l-ispazju pubbliku li illum tuża’ l-karozza jkun spazju pubbliku għan-nies. It-toroq jeħtieġ li neħduhom lura.Il-pjani lokali li kienu approvati 15-il sena ilu jeħtieġu li jkunu aġġornati b’mod regolari. F’ħafna każi jeħtieġ li jkunu mfassla mill-ġdid. Fuq kollox huwa essenzjali li jitħassar il-pjan ta’ razzjonalizzazzjoni li kien approvat fl-2006 u li permezz tiegħu madwar żewġ miljun metru kwadru ta’ art kienet saret tajba għall-iżvilupp. Għad hemm partijiet sostanzjali minn din l-art li għadha mhix mittiefsa u s’issa għadu possibli li din tkun protetta. Dan ilna ngħiduh f’kull manifest elettorali mill-2006. Se nibqgħu ngħiduh sakemm ikun għad baqa’ imqar l-aħħar metru kwadru ta’ art li għad tista’ tkun salvata minn żvilupp mhux meħtieġ.Jeħtieġ li nifhmu li kemm minħabba ċ-ċokon tal-pajjiż kif ukoll minħabba l-iżvilupp kultant massiċċ li sar tul is-snin mhux possibli li nippermettu kull tip ta’ żvilupp. It-trakka proposta għat-tlielaq tal-karozzi, per eżempju, m’hawn imkien f’Malta fejn tista’ issir u dan kemm minħabba t-tniġġis akustiku kif ukoll minħabba impatti fuq l-ekoloġija. Bħalissa l-proposta hi għal trakka tat-tlielaq għal karozzi f’Ħal Far b’impatti konsiderevoli fuq Birżebbuġa u l-irħula fil-madwar, b’mod partikolari Ħal Kirkop u Ħal Safi. Il-kwalità tal-ħajja ta’ dawn ir-residenti teħtieġ li tkun protetta ukoll. Aħna l-unika partit politiku f’Malta li tkellimna u se nibqgħu nitkellmu dwar dan.Il-Pjani Lokali huma difettużi u dan billi meta saru ma sarux sewwa. B’mod partikolari, dakinhar li saru ma ġiex analizzat l-impatt kumulattiv tal-iżvilupp propost: impatt fuq in-nies, fuq il-lokalitajiet kif ukoll fuq l-ekoloġija. Li dan sar kif meħtieġ diversi proposti li fih kien ikollhom jinbidlu jew jitneħħew. Il-yacht marina fil-Bajja ta’ Wied il-Għajn hi waħda minn dawn il-proposti li l-impatt tagħhom hu wieħed sproporzjonat u li għaldaqstant mhumiex aċċettabbli li jsiru.

Do you see content on this website that you believe doesn’t belong here?
Check out our disclaimer.